Futbol Sport

Tmiem il-partita – Malta 1 Russja 3

(Ritratt: Trevor Sollars)

90+4- Tasal it-tisfira finali tar-referee Daniż, Malta 1 Russja 3, wirja pożittiva mit-tim Malti minkejja żbalji fid-difiża li setgħu ġew evitati

90- Gowl! Malta 1 Russja 3: Minn nuqqas ta’ attenzjoni tal-gowlkiper Henry Bonello, il-ballun spiċċa f’saqajn is-sostitut ALEKSANDR SOBOLEV li għalaq il-partita

(Ritratt: Trevor Sollars)

87- Sostituzzjoni – Malta– A. Agius (Joħroġ), K. Nwoko (Jidħol)

85- Sostituzzjoni- Malta- R. Camenzuli (Joħroġ), J. Corbolan (Jidħol)

82- Sostituzzjoni- Russja – A. Dzyuba (Joħroġ), A. Sobolev (Jidħol)

80- L-aħħar għaxar minuti tal-partita, t-tim Malti jibqa’ jkollu l-inizjattiva u jkun offensiv filwaqt li jagħti ftit spazju lit-tim Russu.

77- Sostituzzjoni- Russja– D. Kuzyaev (Joħroġ), A. Mostovoy (Jidħol)

75- Sostitutzzjoni – Malta: B. Kristensen (Joħroġ), S. Pisani (Jidħol)

69- Xutt ieħor perikoluż ta’ Teddy Teuma jgħaddi ftit barra mil-lasti tal-gowlkiper Russu. Tkompli tiżdied il-kunfidenza tat-tim Malti fejn qed ikun aktar avventuruż fl-attakki tiegħu.

57- Sostituzzjoni doppja- Russja: A. Ionov (Joħroġ), R. Zhemaletdinov (Jidħol), D. Fomin (Joħroġ), A. Mirnachuk (Jidħol)

Fit-tieni taqsima t-tim Malti żied il-pressjoni u wara li t-tim Malti setgħa ngħata penalty għal foul fuq Paul Mbong, mill-azzjoni sussegwenti l-player ta’ Ħamrun Spartans Joseph Mbong wara li qabeż player fajjar xutt b’saħħtu fis-saqaf tax-xibka, bit-tim Malti jżid il-kunfidenza wara dan il-gowl.

56- Gowl! Malta 1 Russja 2: Wara konfużjoni fil-kaxxa l-ballun jaqa’ f’saqajn JOSEPH MBONG li b’xutt b’saħħtu fis-saqaf tax-xibka jagħmilhom 2-1.

55- Bidu simili għall-ewwel taqsima, iż-żewġ timijiet b’pussess tal-ballun f’nofs il-ground bi ftit periklu lejn il-lasti rispettivi.

46- Bidu tat-tieni taqsima – Malta 0 Russja 2

46- Sostituzzjoni doppja għal Malta– L. Montebello (Joħroġ), A. Satariano (Jidħol), J. Degabriele (Joħroġ), P. Mbong (Jidħol)

Wara bidu tajjeb mit-tim nazzjonali Malti fejn għaraf jagħlaq l-ispazzji b’mod tajjeb u saħansitra jirnexxielu jdawwar il-ballun b’mod tajjeb, żewġ gowls ta’ Dzyuba fil-21 minuta u Fernandes fil-35 minuta li faċilment setgħu ġew evitati jagħtu vantaġġ jagħtu vantaġġ ta’ 2-0 lit-tim Russu.

45+1- Tmiem l-ewwel taqsima: Malta 0 Russja 2

45- Azzjoni perikoluża mit-tim Russu bil-cross ta’ Golovin jkun mtajjar f’corner minn Steve Borg.

35- Gowl! Malta 0 Russja 2- Ir-Russja jiskroja t-tieni gowl fejn minn pass ta’ Dzyuba, kien MARIO FERNANDES li b’xutt fil-baxx għeleb lil Bonello.

(Ritratt: Trevor Sollars)

31- Minn cross ta’ Karavaev kien Dzyuba li għola fuq kulħadd bir-ras, bil-konklużjoni tiegħu tgħaddi ftit għoli mill-lasti ta’ Bonello.

30- X-xutt mid-distanza ta’ Teddy Teuma ċentrali bil-gowlkiper Russu jsalva b’mod faċli

25- Ix-xutt minn barra l-kaxxa ta’ Kuzyaev salvat b’mod tajjeb minn Henry Bonello.

21- Gowl! Malta 0 Russja 1- It-tim Russu jiskor fl-ewwel azzjoni perikoluża, fejn wara azzjoni maħduma b’mod tajjeb kien ARTEM DZYUBA li kkonkluda mill-viċin minkejja d-dubji li seta’ kien hemm offside fl-azzjoni.

Il-midfielder Malta Matthew Guillaumier issikkat minn numru ta’ player Russi f’midfield kumpatt biż-żewġ timijiet jagħtu ftit spazji lil xulxin (Ritratt: Trevor Sollars)

16- L-ewwel xutt tal-partita jasal mit-tim Malti, meta l-wing-back Joseph Mbong minn fuq il-lemin daħal il-ġewwa bix-xutt tiegħu jkun salvat mill-gowlkiper Russu.

(Ritratt: Trevor Sollars)

15- Riżultat parzjali: Malta 0 Russja 0. It-tim malti jipprova jibni l-logħob mid-difiża b’diversi passaġġi tajbin iżda qed isibha diffiċli jidħol fil-kaxxa tat-tim Russu biex joħloq periklu lejn il-lasti ta’ Shunin.

9- Partita bilanċjata biż-żewġ timijiet jagħlqu l-ispazju b’mod tajjeb bit-tim Malti jkun f’xi waqtiet perikoluż.

8.45pm – Bidu tal-partita – Malta 0 Russja 0

8.30pm – It-tim Malti jtemm il-warming-up tiegħu u jidħol lura fid-dressing ftit minuti qabel ma’ jingħata bidu għall-konfront kontra r-Russja. Andrei Agius li qed jilgħab t-98 partita tiegħu bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti, jitlob biex jilgħab bin-numru 15, numru insolitu għalih bħala tifkira tad-data li fiha miet il-President ta’ Hibernians Tony Bezzina.

(Ritratt: Domenic Aquilina)

7.35pm – Il-formazzjoni inizjali tat-tim Russu: Shunin, Mario Fernandes, Semenov, Dzhikyla, Karavaev, Kuzyaev, Akhmetov, Fomin, Ionov, Dzyuba, Glovin. Ir-referee għal din il-partita se jkun Peter Kjaesgaard mill-federazzjoni tad-Danimarka u se jkunn assistit minn Victor Skytte u Jesper Dahl.

7.30pm – Imħabbra uffiċjalment il-formazzjoni inizjali tat-tim Malti fejn il-kowċ Devis Mangia jagħżel li jagħmel bidla waħda biss mill-aħħar formazzjoni tiegħu fil-partita kontra l-Gżejjer Faroe fejn il-player ta’ Hibernians Bjorn Kristensen jikseb post fl-ewwl ħdax minflok il-player ta’ Newport County Luke Gambin.

Il-partita ta’ llejla se tkun it-tieni waħda fl-istorja bejn iż-żewġ timijiet hekk kif qabel dan il-konfront kienet intlagħbet partita waħda biss fis-7 ta’ Frar tal-1996 f’tournament ta’ ħbiberija f’Ta’ Qali fejn dakinhar it-tim Russu kien ħareġ rebbieħ 2-0.

Din se tkun l-ewwel partita tat-tim nazzjonali Malti wara li temm fit-tieni post fil-UEFA Nations League bl-aħħar partita tat-tim Malti tkun kontra l-Gżejjer Faroe fejn dakinhar il-partita ntemmet fi draw ta’ 1-1.

F’dan il-kummentarju bil-miktub, wieħed se jkun jista’ jsegwi l-aħħar aġġornamenti mill-ewwel partita fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni tat-tim Malti fit-Tazza tad-Dinja tal-2022 fejn Malta se tkun qed tilgħab kontra r-Russja. Fil-jiem li ġejjin it-tim Malti barra minn daru se jkun qed jilgħab kontra l-Islovakkja u l-Kroazja.