Futbol Sport

Sepp Blatter sospiż sitt snin mill-FIFA

Illum Sepp Blutter reġa kien sospiż għat-tieni darba mill-FIFA, seba’ xhur qabel tiskadi l-ewwel sospensjoni.

Dan l-aħħar Blutter, 85, kien jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa prekarja tant li kien f’koma artifiċjali wara intervent f’qalbu f’Diċembru li għadda. Il-FIFA stqarret li l-kumitat tal-etika sab lil Sepp Blatter u lil eks segretarju ġenerali tal-FIFA Jerome Valcke ħatja ta’ koruzzjoni u li taw lilhom nfushom miljuni ta’ dollari f’kuntratti.

Iż-żewġ persuni se jibdew iservu s-sospensjonijiet tagħhom hekk kif jintemmu is-sospensonijiet li għandhom preżentament. Blatter u Valcke kienu inizjalment sospiżi għall-sitt snin u għaxar snin rispettivament, bis-sospensjoni ta’ Blatter tintemm f’Ottubru li ġej, filwaqt li ta’ Valcke tintemm f’Ottubru tal-2025.

Sdadanittant iż-żewġ individwi se jaffaċċjaw akkużi kriminali fil-qorti Żvizzera, fejn fl-aħħar każ kontrihom kienu mitluba jħallsu 1.7 miljun dollaru f’inqas minn tletin ġurnata.