Internazzjonali

Stati Uniti: Miet l-attur veteran George Segal

George Segal, l-attur Amerikan li kien innominat għall-Oscar għall-interpretazzjoni tiegħu tal-karattru ‘Nick’ fil-film leġġendarju Who’s Afraid of Virginia Woolf, miet fl-età ta’ 87 sena. Hu miet f’Kalifornja wara kumplikazzjonijiet minn operazzjoni tal-bypass.

Segal, residenti ta’ New York, kien sar famuż permezz ta’ dan il-film tal-1966 — ibbażat fuq id-dramm ta’ Edward Albee — u li fih ħadmu wkoll Elizabeth Taylor u Richard Burton.

George Segal ħadem f’numru kbir ta’ films, fosthom The Owl and The Pussycat, u jibqa’ magħruf ukoll għar-rwol tiegħu f’shows komiċi bħal The Goldbergs u Just Shoot Me.