Il-Deputati Laburisti u l-Ministri tal-Gvern jibqgħu skomdi ferm iwieġbu anke quddiem l-aħħar allegazzjonijiet li ħarġu mill-Aħwa Degiorgio. Allegazzjonijiet li jkomplu jibnu fuq dak li qal il-Koħħu ftit tal-ġimgħat ilu….fejn qed jissemma’ l-involviment ta’ eks Ministru Laburista u Ministru preżenti, f’reati gravi li seħħew numru ta’ snin ilu.
Quddiem dawn l-iżviluppi serjissimi, il-Ministri tal-Gvern ta’ Robert Abela qed jibqgħu jaħarbu mill-mistoqsijiet ta’ Net News….u ma jridux jghidu jekk saqsewx ghall-isem tal-Ministru li qed icappas Kabinett shih.
Fil-kaz ta’ Carmelo Abela …il-filmati taghna jikxfuh illi qabel dahal il-Parlament, baqa’ ma wegibx ghad-domandi taghna.