L-eks champion mondjali fl-isnowboarding Julie Pomagalski mietet fl-eta’ ta’ 40 sena, wara li ntlaqtet minn valanga fl-Alpi Żvizzeri.
Skond rapporti fil-midja internazzjonali, Pomagalski flimkien mal-gwida tagħha Bruno Cutelli nġarru minn valanga, fejn nstabu bla ħajja mis-servizzi tal-emerġenza Żvizzeri.
Pomagalski ħadet sehem darbtejn fl-Olimpjadi fejn fl-2002, f’ Salt Lake l-Amerika, kienet spiċċat fis-sitt post fil-parallel giant slalom, fejn spiċċat fl-istess posizzjoni fl-Olimpjadi tal-2006, f’Turin. FL-1999, il-Franċiża kienet saret ukoll iċ-champion mondjali tal-isnowboard cross.
//= $special ?>