Lokali

Il-UPE tistabbilixxi l-indipendenza tagħha u ttemm il-ftehim mal-UHM

Il-Union tal-Edukaturi Professjonisti (UPE) għaddiet it-talba tagħha biex ittemm b’mod amikevoli l-ftehim ta’ servizz li sal-lum kien jorbot il-UPE mal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM).

Fuq din it-talba kien hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet, it-termini għal din it-terminazzjoni ġew miftiehma, u l-UPE bdiet il-proċess ta’ tibdil tal-emblema tagħha bil-UHM tikkontribwixxi għat-trasferiment bla xkiel tal-operazzjonijiet.

Iż-żewġ unions għandhom l-intenzjoni li jżommu r-relazzjonijiet kordjali li kkaratterizzaw il-kollaborazzjoni tagħhom fis-snin li għaddew, u beħsiebhom ikomplu bl-ispirtu koperattiv li dejjem kien eżemplifikat fir-relazzjoni tax-xogħol tagħhom.

Kemm l-UPE kif ukoll l-UHM, qablu li kien wasal iż-żmien li l-UPE tistabbilixxi l-indipendenza tagħha biex tikber u tespandi, kif meħtieġ, fis-settur tal-edukazzjoni.

Fi stqarrija l-UPE u l-UHM saħqu li qed iħarsu ‘l quddiem biex iżommu l-prattiki kollaborattivi tagħhom b’saħħithom u attivi, fid-dawl ta’ kwalunkwe istanza futura li tista’ teħtieġ l-isforz konġunt tagħhom.

Il-UPE issa se tkompli bl-operazzjonijiet tagħha mill-Kwartieri Ġenerali tal-UPE, Triq San Giljan, Birkirkara, BKR2808.