Lokali

Vettura tieħu n-nar fir-Rabat

Aktat kmieni waranofsinhar, vettura ħadet in-nar fi Vjal il-Ħaddiem fir-Rabat.

Il-Pulizija kienet mgħarrfa b’dan l-inċident għall-ħabta tal-16:40 tal-Erbgħa waranofsinhar.

Fuq il-post jidher li ssejjħu l-Pulizija tad-Distrett flimkien ma’ dawk tat-Traffiku, u t-triq kellha tingħalaq għal xi ħin.

Il-Pulizija kkonferma li s-sewwieq tal-vettura innota xi ħruġ ta’ duħħan minnha u kien dak il-ħin li tefa’ fil-ġenb biex żviluppa n-nar.

Fuq il-post issejjħu membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien li żviluppaw.