Coronavirus Lokali

102 każi ġodda u vittma oħra tal-Coronavirus; il-każi attivi ftit iktar minn 2,000

102 każ ġdid ta’ Covid-19 kienu reġistrati fl-aħħar 24 siegħa. Dawn ħarġu minn 3,049 swab test li saru fl-istess żmien. Min-naħa l-oħra 291 huma meqjusa li fiequ mill-virus.

Sfortunatament persuna oħra tilfet ħajjitha fl-aħħar sigħat. Din hi mara ta’ 76 sena li kienet rikoverat fl-Isptar Mater Dei. biex in-numru ta’ vittmi issa hu ta’ 378, 62 fix-xahar ta’ Marzu.

B’dawn l-aħħar ċifri in-numru ta’ każi attivi kompla nieżel bħalissa hu ta’ 2,086.

Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ tilqim, 160,260 ingħataw doża tal-vaċċin. Minn dawn, ftit iktar minn 47,000 huma mlaqqma b’mod sħiħ wara li ngħataw it-tieni doża tal-vaċċin.