Internazzjonali

Belt tal-Vatikan: Se jitnaqqsu s-salarji tal-Kardinali

Il-Papa Franġisku ħareġ direttiva biex jitnaqqsu s-salarji tal-Kardinali u reliġjużi oħra, bil-Vatikan, bħalissa, qed jipprova jibbilanċja l-finanzi tiegħu waqt il-pandemija.

Minn April ( ix-xahar id-dieħel) is-salarji tal-Kardinali għandhom jonqsu b’10 fil-mija, skont il-kelliema qrib is-Santa Sede. Dan fost indikazzjonijiet li l-Kardinali jirċievu mal-5,000 ewro fix-xahar u b’ħafna minnhom qegħdin jgħixu f’akkommodazzjoni sussidjata.

Il-Vatikan qed jistenna li jitlef mal-50 miljun ewro din is-sena – bid-dħul tiegħu jkun affettwat ħażin mill-għeluq tal-mużewijiet u attrazzjonijiet oħra ( fil-Belt tal-Vatikan) waqt il-pandemija. Sadanittant, il-Papa Franġisku sostna li ‘ma jrid ikeċċi lil ħadd’ f’dawn iż-żmenijiet ekonomiċi diffiċli.