Il-Bank HSBC Malta għal darb’oħra se jerġa’ jingħaqad ma’ siti globali oħra ta’ HSBC biex jimmarka ċ-ċelebrazzjoni annwali Earth Hour, u se jitfi d-dwal tal-Uffiċju Ewlieni tiegħu f’Ħal Qormi u taċ-Ċentru ta’ Kuntatt UK tas-Swatar bħala turija ta’ appoġġ għall-pjaneta tagħna. Sa mill-2009, HSBC kien sostenitur minn ta’ quddiem nett fil-moviment Earth Hour, billi organizza u jappoġġja numru ta’ avvenimenti bħal dawn flimkien mal-ħafna pajjiżi madwar id-dinja li jiffurmaw il-Grupp HSBC.
Kull sena, din l-attività jkollha tema differenti u t-tema ta’ din is-sena hi “Nitkellmu għan-Natura”. It-tema ta’ din is-sena tenfasizza l-fatt li l-bnedmin huma responsabbli għall-ambjent ta’ madwarna, u aħna biss għandna l-poter li nkunu l-vuċi għan-natura u li nipproteġuha. In-natura hi l-akbar u l-iktar alleat qawwi tal-umanità kontra l-effetti negattivi tat-Tibdil fil-Klima u jekk l-umanità ma tieħux ħsieb in-natura u tfalli, l-ekosistemi li lkoll niddependu fuqhom jfallu wkoll.
L-Earth Hour ta’ din is-sena se ssir nhar is-Sibt 27 ta’ Marzu bejn it-20:30 u l-21:30 u grazzi għall-kordinazzjoni tal-Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u Ippjanar, entitajiet lokali bħal HSBC Malta, il-Berġa ta’ Kastilja, il-Funtana tat-Tritoni, il-bini tal-Parlament, diversi Ministeri, Kunsilli Lokali, ġonna u binijiet pubbliċi oħra se jkunu qed jitfu d-dwal għal siegħa sħiħa. Malta se tkun qed tingħaqad mal-bqija tad-dinja biex tqajjem kuxjenza dwar problemi relatati mal-konsum tal-enerġija eċċessiv u mhux sostenibbli, li jġibu magħhom diversi impatti negattivi, bħat-tniġġis tal-arja u r-riżorsi moħlija.
Simon Vaughan Johnson Il-Kap Eżekuttiv ta’ HSBC Malta qal: “Permezz tal-Fondazzjoni HSBC Malta, qed niffokaw fuq il-ħolqien ta’ futur sostenibbli li jħalli impatt pożittiv fuq is-soċjetà, l-ambjent u l-ekonomija tagħna.
Il-Grupp HSBC ilu jaħdem bla waqfien fit-tfassil tal-aġenda tas-Sostenibbiltà Korporattiva tiegħu għall-ġejjieni. Il-Grupp HSBC se jikseb dan billi jiżgura li l-operazzjonijiet tagħna jkunu żero netti sal-2030 u billi jallinjaw l-emissjonijiet iffinanzjati tagħna biex nilħqu żero netti sal-2050 jew qabel. B’din l-ambizzjoni f’moħħna, konna attivi ħafna fis-sewqan ta’ inizjattivi allinjati ma’ din l-istrateġija hawnhekk f’Malta. Sforz żgħir magħmul minn kull wieħed u waħda minna jista’ jissarraf f’benefiċċju globali sinifikanti. “
//= $special ?>