Edukazzjoni Lokali

Il-Professur Alfred J. Vella jerġa’ jkun elett Rettur tal-Università ta’ Malta

Il-Professur Alfred J. Vella ġie elett mill-ġdid bħala Rettur tal-Università ta’ Malta għal terminu ieħor ta’ ħames snin. L-elezzjoni saret illum u fiha tefgħu l-vot tagħhom il-membri tal-Kunsill tal-Università. It-terminu l-ġdid jibda mill-1 ta’ Lulju 2021. 

Alfred Vella kien pro-rettur għall-affarijiet akkademiċi għal 10 snin bejn l-2006 u l-2016, u kien elett bħala Rettur tal-Università fl-2016.