Coronavirus Lokali

“Inaċċettabbli li ħaddiema fl-istess qasam ma jingħatawx kundizzjonijiet ugwali” – Kamra tal-Kummerċ

Din il-ġimgħa, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar regoli aġġornati tal-kwarantina li japplikaw għall-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa. Dawn il-ħaddiema issa jistgħu joqgħodu ħamest ijiem kwarantina minflok erbatax-il jum jekk ikunu tlaqqmu. Madankollu din ir-regola tidher li tapplika biss għal impjegati tal-Isptar Mater Dei.

Il-Kamra tal-Kummerċ filwaqt li qalet li tilqa’ din id-deċiżjoni i se tgħin tnaqqas il-pressjoni minn fuq il-ħaddiema tas-saħħa, mhux qed titqies ġusta għax tapplika biss għall-ħaddiema tas-saħħa fis-settur pubbliku.

L-operaturi tal-Care Homes fi ħdan il-Kamra tal-Kummerċ ilhom jipproponu soluzzjoniijiet sabiex ikunu indirizzati n-nuqqasijiet tal-istaff u titnaqqas il-burokrazija fis-setturi pubbliċi u privati waqt il-pandemija.

Il-Kamra appelletta lill-Gvern biex jerġa’ jikkunsidra din id-deċiżjoni u joffri l-istess kundizzjonijiet lill-impjegati li ħadu l-vaċċin sabiex tittaffa l-pressjoni fuqhom.