Illejla ngħata bidu għall-ewwel partiti mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022 li se ssir fil-Qatar.
FL-ewwel partita u l-ewwel sorpriża tal-ġurnata it-Turkija għelbu lill-Olanda 4-2. L-eroj għat-Torok ikun BURAK YILMAZ li skorja tripletta personali b’żewġ gowls fl-ewwel taqsima u ieħor mingħand HAKAN CALHANOGLU, jitfgħu lit-Turkija 3-0 fi tmiem l-ewwel taqsima.
Fit-tieni taqsima l-Olanda daħlu fil-partita b’żewġ gowls f’żewġ minuti permezz ta’ DAVY KLASSEN fil-75 minuta u LUKE DE JONG fis-77 minuta. Minkejja dan, ġmiel ta’ freekick ta’ BURAK YILMAZ fil-81 minuta ta’ rebħa meritata lit-Turkija. L-Olanda kellhom ċans inaqqsu d-distakk fil-94 minuta meta Memphis Debay nkariga ruħu minn penalty, bil-gowlkiper Tork Ugurcan Cakir isalva tajjeb għal skor finali ta’ 4-2.
Il-Belġju kisbu rebħa mportanti fuq Wales bl-iskor ta’ 3-1. Wales marru fil-vantaġġ fil-11-il minuta permezz ta’ HARRY WILSON iżda l-Belġju ġabu l-gowl tad-dro fit-22 minuta permezz tal-midfilder KEVIN DE BRUYNE. Seba’ minuti wara t-tim Belġjan rnexxielu jbiddel l-iskor hekk permezz tal-attakant THORGAN HAZARD. Il-Belġju għamluwhom tlieta fit-73 minuta meta wara li ngħataw penalty, inkariga ruħu minnu ROMELU LUKAKU li mill-ħdax-il metru ma żbaljax għal 3-1.
Iċ-Champions Mondjali attwali Franza temmew fi dro ta’ 1-1 kontra l-Ukrajna. Franza marru fil-vantaġġ permezz tal-attakant prolifiku ANTOINE GRIEZMANN li b’xutt minn barra għeleb lil-gowlkiper Ukren George Buschan. Minkejja dan l-Ukrajna rnexxielhom jiksbu l-gowl tad-dro fis-57 minuta meta id-difensur Franċiż PRESNEL KIMBEMPE tefa’ l-ballun fil-lasta tiegħu stess għal 1-1.
Grupp A; Portugall v Azerbaijan 1-0, Serbja v Irlanda 3-2 Grupp D;
Fillandja v Bosnia H 2-2, Franza v Ukrajna 1-1 Grupp E; Belġju v Wales 3-1
Estonja v Repubblika Ċeka 2-6 Grupp Ġ; Turkija v Olanda 4-2
Gibilta’ v Norveġja 0-3 Latvja v Montenegro 1-2, Grupp H
Ċipru v Slovakja 0-0, Malta v Russja 1-3, Slovenja v Kroazja 1-0