Iċ-champions attwali ta’ dan it-turnament, Spanja bdew b’rebħa faċli ta’ 3-0 kontra l-iSlovenia. Wara li l-ewwel taqsima ntemmet mingħajr gowls Spanja marru fil-vantaġġ fit-53 minuta meta minn pass ta’ Brahim Diaz, kien JAVIER PUADO li skorja għal 1-0. Minuta wara Spanja rduppjaw meta minn cross ta’ Marc Cucurella kien GONZALO VILLAR li kkonkluda għal ġewwa għal 2-0. Spanja għalqu l-partita fid-89 permezz ta’ JUAN MIRANDA li wara li bidel il-ballun tajjeb ma’ Manu Garcia tefa’ ġewwa għal skor finali ta’ 3-0.
L-Italja u r-Repubblika Ċeka qasmu l-punti fl-ewwel partita mill-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-21 sena. Il-fażi tal-gruppi qegħda issir bejn l-24 u t-31 ta’ Marzu fl-Ungerija u s-Slovenia, bil-fażi finali tintlagħab fis-sajf li ġej. L-Italja marru fil-vantaġġ fil-31 minuta meta wara pass preċiż ta’ Patrick Cutrone, kien GIANLUCA SCAMACCA li wara li qabeż tajjeb id-difensuri Ċeki, tefa’ għal ġewwa għal 1-0. Minkejja dan ir-Repubblika Ċeka kisbu d-dro fil-75 minuta meta minn cross ta’ Adam Karabec kien GULIO MAGGIORE li tefa’ fil-lasta tiegħu stess għal skor finali ta’ 1-1.
Illum: Grupp B; Slovenia v Spanja 0-3, Repubblika Ċeka v Italja 1-1
Grupp A; Ungerija v Ġermanja 0-3, Rumanija v Olanda 1-1 Għada; Grupp Ċ Russja v Iżlanda 6.00pm, Franza v Danimarka 9.00pm Grupp D; Ingilterra v Żvizzera 3.00pm, Portugall v Kroazja 9.00pm