Il-kowċ ta-tim nazzjonali Malti Devis Mangia ħabbar l-iskwadra ta’ 26 plejer li se jsiefru mal-kontinġent Malti għall-partiti minn Grupp H tal-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022, kontra l-Isklovakkja u l-Kroazja.
Wara l-partita ta’ lbieraħ, Mangia naqqas l-iskwadra minn 30 plejer għal 26 plejer b’ Myles Beerman , Jan Busuttil , Triston Caruana u Nevin Portelli, jkunu l-plejers li mhux se jivvjaġġaw mal-kumplament tal-iskwadra.
Malti tilgħab it-tieni partita tagħha nhar is-Sibt kontra l-Islovakkja fid-8.45pm, qabel jilagħbu l-aħħar partita tagħhom għal din il-waqfa internazzjonali kontra l-Kroazja, nhar it-Tlieta 30 ta’ Marzu.
Gowlkipers: Henry Bonello, Matthew Calleja Cremona, Jake Galea Difensuri: Andrei Agius, Steve Borg, Karl Micallef, Zach Muscat, Enrico Pepe, Kurt Shaw, Midfilders: Ryan Camenzuli, Juan Corbalan, Matthew Guillaumier, Bjorn Kristensen, Joseph Mbong, Nikolai Muscat, Steven Pisani, Teddy Teuma, Dexter Xuereb, Attakkanti: Jurgen Degabriele, Shaun Dimech, Luke Gambin, Jake Grech, Paul Mbong, Luke Montebello, Kyrian Nwoko, Alexander Satariano.
//= $special ?>