Lokali

Mara l-isptar wara li tilfet il-kontroll tal-mutur

Mara ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ kmieni waranofsinhar fi Triq il-Marina, Pieta.

Jidher li l-mara tilfet il-kontroll tal-mutur li kienet qed issuq bil-konsegwenza li daħlet fil-barriers mal-ġenb tat-triq.

Ftit wara fil-post waslu membri tal-Korp tal-Pulizija kif ukoll ambulanza li ssejjħet sabiex tieħu lill-mara l-isptar minħabba xi ġrieħi li ġarrbet.

Sa issa l-kundizzjoni tagħha għada mhux magħrufa u l-Pulizija għadha qed tinvestiga.