Net News jista’ jikkonferma li Melvin Theuma qed jinżamm f’iżolament wara li fl-aħħar sigħat ittestja pożittiv għall-Covid-19. Theuma qed jinżamm rikoverat l-Isptar Mater Dei.
L-allegat middleman fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kellu jittieħed l-isptar wara li aktar kmieni illum – waqt li kien fl-awla – ħass uġigħ f’ġenbu. Kien għalhekk li s-seduta kellha tiġi sospiża.
Imbgħad, meta daħal Mater Dei, instab li hu pożittiv għall-Covid-19.
Għadu mhux ċar jekk l-istaff tal-Qorti u l-iskrivana tal-Maġistrat Rachel Montebello ġewx infurmati b’dan l-iżvilupp.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.