Lokali

Pulizija jassistu f’inċident tat-traffiku f’Santa Venera

Membri tal-Korp tal-Pulizija għall-ħabta tan-nofs siegħa kellhom jagħtu l-assistenza tagħhom wara li seħħ indċident tat-traffiku bejn żewġ vetturi,

L-inċident seħħ fil-bypass ta’ Santa Venera ftit qabel il-mini ta’ Tal-Qroqq.

Net News jinsab infurmat li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident,

Membri tal-Korp għenu wkoll sabiex ikun ikkontrollat it-traffiku li nġema’ kawża tal-ħabta.