Raġel ta’ 28 sena residenti San Pawl il-Baħar,sofra ġrieħi gravi wara li kellu inċident bil-mutur tiegħu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma tilef il-kontroll tal-mutur Suzuki li kien qiegħed isuq, u waqa’.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>