Lokali

COVID-19: 103 każ ġdid, ifiqu 332

Fl-aħħar 24 siegħa, pajjiżna rreġistra 103 każi ġodda ta’ Covid-19 dan filwaqt li fiequ 332 persuna. It-total ta’ każi sa mill-bidu ta’ din il-pandemija huwa ta’ 28,715.

Sfortunatament bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, tilfu ħajjithom 4 rġiel ta’ 68, 72, 73 u 80 sena li kollha mietu fl-Isptar Mater Dei.

Sa issa ngħataw 166,104 dożi ta’ vaċċin li minnhom 48,933 persuna ingħataw iż-żewġ dożi.

Fl-ITU bħalissa hemm 20 persuna, fl-IDU 6 persuni, wards oħrajn 64 persuna, fl-Isptar ġenerali t’Għawdex hemm 4 persuni li tnejn minnhom jinsabu fl-ITU, 14-il persuna fl-Isptar Boffa, 15-il persuna St Thomas Hospital, 4 persuni f’Karin Grech, 14-il persuna Good Samaritan u 3 persuni f’Mount Carmel Hospital.

79.2% tal-każi pożittivi f’pajjiżna huma mill-varjant tal-Ingilterra.