Coronavirus Ekonomija Lokali

Id-deficit tal-Gvern jiżdied għal €327.7 miljun

Ċifri maħruġa mill-NSO jikkonfermaw li l-iżbilanċ fil-finanzi pubbliċi żdied għal €327.7 filwaqt li d-dejn nazzjonali żdied b’€1,623.1 miljun fuq perijodu ta’ sena.

L-istatistika tad-deficit tal-Gvern tirrifleti ċ-ċifri li għandu f’idejh l-NSO sal-aħħar ta’ Frar 2021.

Skont dak li ħareġ mill-NSO, jidher li hemm tnaqqis konsiderevoli minn dħul illi ġej minn taxxi, liċenzji, u anke mid-Dwana ta’ Malta.