Il-Ġermanja u n-Norveġja qabel il-partiti rispettivi tagħhom mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2022 li se ssir fil-Qatar użaw flokkijiet bil-kliem ‘Human Rights’.
Dan hekk kif aktar minn 6,500 immigrant mill-Indja, l-Pakistan, in-Nepal, l-Bangladesh u s-Sri Lanka mietu waqt li kienu qed jaħdmu fuq il-loġistika u l-istadiums tat-Tazza tad-Dinja.
Il-kowċ tal-Ġermanja Joachim Low qal li l-players tiegħu għażlu li juru solidarjetà mal-ħaddiema fil-Qatar hekk kif id-drittijiet umani jridu jiġu rispettati dejjem.
Dwar dawn il-protesti, l-FIFA jidher li mhux se tieħu azzjoni fil-kofnront tat-timijiet hekk kif temmen li kulħadd għandu l-libertà li jseprimi ruħu. L-FA Ingliża fi stqarrija qalet li se tkun qed tingħaqad f’dawn il-protesti b’mod responsabbli.
//= $special ?>