Il-Gvern Ingliż approva l-bini tal-istadium ta’ Everton fiż-żona ta’ Bramley-Moore Duck, stadium li se jkun jesa 52,000 spettatur.
Dan wara li fi Frar li għadda l-proġett kellu l-approvazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Liverpool hekk kif Everton se jkunu qed jiċċaqielqu minn Goodison Park wara 25 sena.
‘Historic England’ kien oġġezzjona għall-bini tal-proġett hekk kif insista li dan il-proġett jista’ jagħmel ħsara lill-istorja tal-lokal b’din l-oġġezzjoni tkun miċħuda mill-Kumitat tal-Ippjanar.
//= $special ?>