Il-Prinċep Albert ta’ Monaco ikkritika l-intervista kontroversjali li l-Prinċep Harry tal-Ingilterra u martu Meghan Markle taw jiem ilu lil Oprah Winfrey, li hi waħda mill-aktar preżentatriċi famużi tat-talk shows fid-dinja.
F’din l-intervista Harry u Meghan – id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex – żvelaw affarijiet li setgħu jitfgħu lill-monarkija Britannika f’dawl ikrah.
L-intervista, fost oħrajn trattat ir-razziżmu u s-saħħa mentali u l-Prinċep Albert, waqt intervista lill-BBC, qal li ma qabilx li joħorġu ‘ċerti allegazzjonijiet’ filwaqt li esprima l-fehma ċara tiegħu li ‘l-intervista qatt ma messha ħarġet għall-konsum tal-pubbliku’.
//= $special ?>