Futbol Sport

Is-Supritendent tas-Saħħa tgħid li l-futbol ma jistax jitkompla għalissa

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Waqt il-bulletin ta’ kull ġimgħa dwar is-sitwazzjoni tal-COVID-19 f’pajjiżna, is-Supritendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci qalet li l-futbol għalissa ma jistax jitkompla.

Dan wara li fi tmiem il-partita kontra r-Russja, il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti, Devis Mangia qal li l-players Maltin ma jistgħux jibqgħu ma jilgħabux hekk kif din is-sitwazzjoni se taffetwa l-kundizzjoni fiżika tal-players.

Il-futbol lokali u l-isport kollu lokali huwa sospiż sal-11 t’ April bħala parti mill-miżuri ta’ mitigazzjoni kontra l-pandemija tal-COVID-19, bis-sitwazzjoni tħarbat xi ftit il-preparamenti tat-tim nazzjonali Malti.

Is-Supritendent tas-Saħħa Pubblika, rrimarkat ukoll li minkejja r-restrizzjonijiet preżenti xorta tat il-permess biex it-tim Malti jkun jista’ jilgħab il-partita kontra r-Russja f’pajjiżna.