Il-Prim Ministru tal-Etjopja, Abiy Ahmed, qal li l-Eritrea għandha tirtira lit-truppi mill-fruntiera tagħha mal-Etjopja – b’dan għandu jsir kważi ħames xhur wara l-bidu tal-konflitt fir-reġjun ta’ Tigray.
Is-suldati kienu stazzjonati fl-inħawi biex jappoġġjaw lill-Gvern Etjopjan waqt il-battalji tiegħu ma’ grupp ta’ ribelli li kienu qed jisfidaw lill-Gvern ċentrali f’Addis Ababa. Intant mietu l-mijiet f’dan il-konflitt – bl-Eritrea, sal-bieraħ, ma tikkonfermax l-irtirar tat-truppi tagħha.
Il-preżenza tas-suldati tal-Eritrea fl-Etjopja kienet partikularment kontroversjali peress li dan il-pajjiż u l-Etopja kienu ġġieldu gwerra qalila li ntemmet biss (uffiċjalment) wara li Abiy kien laħaq Prim Ministru fl-2018.
//= $special ?>