Internazzjonali

Korea ta’ Fuq: Il-missili pruvati ‘kapaċi jġorru n-nukleari’

Il-Korea ta’ Fuq ikkummentat dwar il-provi għall-missili ta’ nhar il-Ħamis fejn sostniet li dawn kienu ta’ tip ġdid b’sistema li tiggwidahom u li għandhom ukoll il-kapaċità biex iġorru warhead nukleari.

Il-provi kienu l-ewwel għal missila ballistika ( minn dan il-pajjiż) fi kważi sena u anki l-ewwel provi mindu Joe Biden laħaq President tal-Istati Uniti. Intant, Biden qal li l-Istati Uniti ‘se tieħu azzjoni xierqa fiċ-ċirkustanzi’ waqt li pajjiżu, il-Ġappun u l-Korea t’Isfel ikkundannaw il-provi tal-Korea komunista.

Il-Korea ta’ Fuq hi projbita milli twettaq il-provi għall-missili ballistiċi taħt ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.