Internazzjonali

Kull adult f’Ġibilta’ dalwaqt ser ikun tlaqqam kontra l-Covid-19

“Operation Freedom”… l-isem li qed jingħata l-programm tal-vaċċin ta’ Ġibilta’ dan meta aktar minn 90% tat- 33,000 resident ħadu iż-żewġ dożi tal-vaċċin għall-kontra l-COVID-19.

Fil-jiem li ġejjien, Ġibilta’ mistenni jkun wieħed mill-ewwel postijiet fid-dinja fejn kull resident li għandu ‘l fuq minn 16-il sena ser ikun ingħata l-vaċċin.

Il-Ministru tas-Saħħa Samantha Sacramento saħqet li s-sensazzjoni hija ferm aħjar, aktar faċli u bilmod qed imorru lura għan-normal.

F’Ġibilta’, il-pandemija qatlet 94 resident u infettat aktar minn 4,200 persuna.