Futbol Sport

L-aħħar partita ta’ Rhali Dobson tkun waħda memorabbli

(Ritratt: FIFA Women's World Cup)

Il-player ta’ Melbuourne City FC Rhali Dobson ħabbret li se tkun qed tirtira mill-futbol sabiex tkun tista tiffoka fuq ir-raġel tagħha Matt Stonham li hu marid bil-kanċer.

Dobson li għad għandha 28 sena fl-aħħar partita tagħha rnexxielha wkoll ssib ix-xibka, fejn b’sorpriża fi tmiem il-partita, żewġha Matt niżel għarkupptejh u proponilha biex tiżżewġu.

F’kummenti fi tmiem il-partita Dobson qalet li żewġha għaliha huwa aktar importanti mill-karriera tagħha bħala player u qalet li żewġha fil-jiem li ġejjin se jkun jibda ir-radjoterapija fejn rnexxielhom jaqbdu l-kanċer fi stadju bikri.