Hekk kif fi tmiem il-ġimgħa se jkun qed jibda l-istaġun tal-Formula 1 bil-Grand Prix tal-Bahrian, Max Verstappen ta’ Red Bull kien l-aktar veloċi fil-provi liberi li saru l-Ġimgħa.
Hu rnexxielu jegħleb l-isfida tas-sewwieq ta’ Mc Laren Lando Norris li temm fit-tieni post, filwaqt li s-sewwieq ta’ Mercedes Lewis Hamilton temm fit-tielet post. Is-sewwieq li qed jiddebutta ma’ Ferrari Carlos Sainz daħal fir-raba’ post u kien segwit mis-sewwieq l-ieħor ta’ Mercedes Valtteri Bottas.
Fl-ewwel sessjoni, Verstappen ukoll irnexxielu jtemm fl-ewwel post fejn din id-darba għeleb l-isfida ta’ Valtteri Bottas, b’Lando Norris itemm fit-tielet post.
Bis-sessjonijiet ta’ provi jkunu bilanċjati u kompetittivi ferm, jawgura tajjeb għal staġun mimli emozzjoni, bis-sessjoni ta’ kwalifikazzjoni ta’ għada ssir fl-4.00pm ħin ta’ Malta.
//= $special ?>