Il-Ministri tal-Gvern għal darb’oħra skomdi jitkellmu dwar dak kollu li qed jiġri f’pajjiżna …. l-aħħar żviluppi mill-Qorti… u l-informazzjoni tahraq li jridu jikxfu kemm l-ahwa Degiorgio kif ukoll Vince Muscat.
Net News il-Ġimgħa staqsa lil Ministru Julia Farrugia jekk hix komda bl-akkużi serji li qed jagħmel fost l-ohrajn il-Koħħu fuq wieħed mill-Ministri.
Il-Koħħu u l-aħwa Degiorgio, fost l-oħrajn, qed jimplikaw Ministru fil-Kabinett preżenti illi kien imdaħħal f’biċċa xogħol kbira… u Farrugia, minflok wieġbet, iddeċiedet li tgħidilna li hi qatt ma ngħatat taħriġ kif tagħmel hold-up
Staqsejna wkoll l-istess mistoqsija lil Ministru Anton Refalo li bħal ħafna Minisri tal-Gvern ta’ Abela irrepeta l-istess rettorika… billi qalilna li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu.
Intant, il-Ministru Edward Zammit Lewis, stqarr bla tlaqlieq li mhux lest jiskuza ruhu ghall-attakki li saru fuq il-PN fl-ahhar snin meta hargu l-provi dwar Keith Schembri.
Meta mistoqsi jekk hux lest li jagħmel apoloġija wara li l-Partit Laburista għamel snin jgħid li l-PN ma kellux evidenza dwar Schembri …. Zammit Lewis qal ċar u tond li mhux lest jagħmel apoloġija
Il-Hadd, anke Robert Abela baqa’ ma talabx skuża għall-fatt li l-Gvern Laburista iddefenda sal-aħħar lil Keith Schembri. Fil-fatt, l-għada li Schembri kien akkużat fost l-oħrajn b’korruzzjoni u ħasil ta’ flus, il-Prim Ministru ħarab milli jwieġeb dwar dawn l-iżviluppi serjissimi li assistejna għalihom fl-aħħar jiem.
Prezentament, Robert Abela ghandu quddiemu 3 talbiet ghal Mahfra Presidenzjali illi l-Kabinett irid jiddeciedi dwarhom.
//= $special ?>