“Kull ma rrid huwa li pajjiżi jimxi ‘l quddiem, u nemmen li nista’ nasal li nagħti alternattiva aħjar għal pajjiżna, għaliex il-poplu Malti u Għawdxi kollu jixtieq li jgħix f’pajjiż normali, u din hija l-paġna ġdid li jien qed noffri”
Dan sostnih il-Kap tal-PN Bernard Grech waqt il-programm Xtra fuq ix-Xandir Nazzjonali, fejn tenna li l-PN anki f’mumenti ta’ diffikulta kbira għal poplu kollu qed jibqa’ joffri paġna ġdid għal pajjiżna u tkellem ukoll fuq kif il-PN qed jibqa’ kontinwament jiġġedded biex ikun tassew Gvern alternattiv għal pajjiżna.
“Taf x’inhi t-traġedja? Li minħabba dan kollu li qed jiġri f’pajjiżna tort tal-Gvern Laburista, jien Kap tal-Oppożizzjoni ma nistax nitkellem u għadni ma sibtx ħin biex nitkellem fuq x’nista’ nagħmel għal pajjiżi. Din hi r-realtà. Id-diskors politiku, in-nies ma jistgħux jevalwaw fejn nista’ neħodhom jien, għax sfortunatament għadna qed nitkellmu fuq dak li ġara fil-passat. Għaliex? Għax kellna istituzzjonijiet li ma ħadmux.”
Bernard Grech ta ħarsa lejn is-sitwazzjoni kurrenti ta’ pajjiżna u kif in-nuqqas ta’ azzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela qed ixekkel il-ħidma li suppost għandha titwettaq għall-ġid tal-poplu kollu.
“Aħna nistennew li Robert Abela jkellem lill-Ministri u li hu jieħu l-passi”
Tul l-intervista l-Kap tal-PN tkellem dwar in-nuqqas ta’ azzjoni f’waqtha mill-Gvern Laburista fil-konfront tal-pandemija, u tenna li kieku ittieħdu deċiżjonijiet aktar serji, pajjiżna kien jara ferm anqas każijiet ta’ Covid-19. Bernard Grech tkellem ukoll fuq il-ħtieġa ta’ trasparenza anki fl-Awtorità tax-Xandir, u l-ħtieġa kbira li l-istazzjon Nazzjonali jkun tassew bilanċjat.
//= $special ?>