Futbol Sport

“Jien l-unika kowċ li għandi l-Kampjonat wieqaf”- Devis Mangia

(Ritratt: Mark Zammit Cordina)

“Jien l-unika kowċ li għandi l-Kampjonat wieqaf fejn ma nisgħax nsegwi lill-players tiegħi fil-Kampjonat”, hekk stqarr il-kowċ tat-tim Nazzjonali Malti b’reazzjoni għall-mistoqsija ta’ netnews dwar il-kumment tas-Supretindent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci fejn waqt il-bulletin mediku qalet li għalissa sakemm il-legal notice tibqa’ fis-seħħ il-Kampjonat Lokali ma jistax jitkompla.

Fil-konferneza ndirizzata lill-midja lejliet il-partita kontra s-Slovakkja, l-kowċ Devis Mangia qal li l-Islovakkja huwa tim offensiv u l-Maltin iridu joqgħodu attenti li ma jwettqux l-iżbalji li wettqu fil-partita kontra r-Russja hekk kif minkejja li ma skorjawx fl-aħħar żewġ partiti tagħhom se jkunu motivati biex jiskorjaw fil-partita kontra Malta.

Partita oħra diffiċli għat-tim Malti

It-tim nazzjonali Malti għada se jkun qed jilgħab it-tieni logħba minn Grupp H fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2022 fejn f’Trnava jilgħabu kontra l-Islovakkja.

(Ritratt: Trevor Sollars)

Fl-ewwel partita tiegħu t-tim Malta tilef 3-1 kontra r-Russja, bir-riżultat ikun xi ftit inġust hekk kif it-tim Malti kellu prestazzjoni pożittiva bil-players Maltin jippruvaw ikunu offensivi u saħansitra jkunu perikolużi, iżda tliet żbalji difensivi swew qares lit-tim Malti. Għal din il-partita u dik ta’ kontra l-Kroazja l-kowċ Mangia għażel li jtellgħa 26 player fejn ħalla barra erba’ players mill-iskwadra oriġinali.