Eritrean ta’ 30 sena li jgħix l-Imsida, ġie arrestat mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wara li nqabad b’ammont ta’ droga, lesta għat-traffikar.
Il-pulizija waqqfu lir-raġel waqt li kien miexi l-Imsida wara li bdew isegwuh. Kien dak il-ħin li saret tfittxija fuqu u nstab fil-pussess ta’ madwar 60 pakkett b’sustanza suspettata droga kannabis lesta biex tiġi ttraffikata.

Wara din is-sejba, il-Pulizija għamlet tfittxija wkoll fir-residenza tiegħu fejn instabet iżjed mill-istess sustanza, oġġetti relatati mat-traffikar tad-droga u ammont ta’ flus kontanti.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum, għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo b’akkużi relatati ma’ dan il-każ, fost oħrajn.
//= $special ?>

