Illum, għall-ħabta tat-15:10, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident ġewwa residenza li tinsab fi Pjazza Antoine De Paule.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 53 sena residenti Raħal Ġdid weġġa’ għax ċeda saqaf bih waqt li kien qiegħed fir-residenza.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili fuq il-post, bl-ambulanza tieħdu l-Isptar Mater Dei fejn sfotunatament ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.
//= $special ?>