Futbol Sport

Thierry Henry jitlob li l-midja soċjali tkun regolata b’mod aħjar

(Ritratt: EPA)

L-eks player ta’ Arsenal u Barcelona fost l-oħrjan, Thierry Henry qal li minn għada se jkun qed iħassar il-kontijiet kollha tiegħu fuq il-midja soċjali hekk kif qed jitlob li l-abbuż fuq il-midja soċjali jkollu konsegwenzi ħorox daqs dawk tal-copyright.

Henry qed jitlob ukoll li l-midja soċjali tkun regolata b’mod aħjar hekk kif fl-aħħar xhur kien bosta l-player li sfaw vittma ta’ razzismu u kummenti abbużivi. Hu żied jgħid li dawn l-abbużi jikkawżaw pressjoni mentali fuq il-players u b’hekk qed jitlob li dawk li jgħaddu dawn il-kummenti jkunu akkontabbli ta’ għemilhom.

L-eks player internazzjonali Franċiż li għandu aktar minn 10 miljun segwaġi fuq il-paġna ta’ Facebook u aktar minn 2.5 miljun seġawċi fuq il-paġna ta’ Instagram qal li se l-kontijiet tiegħu se jkunu disattivati sakemm ikun hemm t-tibdil neċessarju biex dawn l-abbużi jispiċċaw.