Francesco Bagnaia se jkun qed jibda fuq quddiem nett fl-ewwel Grand Prix tal-Moto GP għal dan l-istaġun li se jkun qed isir fil-Qatar. Hu se jkun segwit minn Fabio Quartararo u Maverick Vinales. It-Taljan ta’ Petronas Valentino Rossi se jkun qed jibda fir-raba’ post filwaqt li Jack Miller ta’ Ducati se jkun qed jibda mill-ħames post. Il-Franċiż, Johann Zarco se jkun qed jibda mis-sitt post filwaqt li t-Taljan Franco Morbidelli se jkun qed jibda mis-seba’ pożizzjoni. Aleix Espargaro se jkun qed jibda fit-tmien post filwaqt li Alex Rins se jkun qed jibda mid-disa’ post. Iċ-Champion renjanti Joa Mir se jkun qed jibda mill-għaxar post. It-tellieqa tibda fis-7.00pm ħin ta’ Malta.
Moto GP
Kif se jibdew: 1. F. Bagnaia, 2. F. Quartararo, 3. M. Vinales, 4. V. Rossi, 5. J. Miller, 6.J. Zarco, 7. F. Morbidelli, 8. A. Espargaro, 9. A. Rins, 10. J. Mir, 11. T. Nakagami, 12. P. Espargaro, 13. E. Bastianini, 14. J. Martin, 15. M. Oliveira, 16. A. Marquez, 17. S. Bradl, 18. L. Marini, 19. B. Binder, 20. D. Petrucci, 21. I. Lecuona, 22. L. Savadori
//= $special ?>