Lokali Qorti

Frodist jerġa’ jispiċċa l-Qorti u wara l-ħabs

Thomas Camilleri ta’ 32 sena mill-Gzira u magħruf sew mal-Pulizija fuq każijiet ta’ frodi reġa’ tressaq il-Qorti mixli b’akkużi ta’ frodi għad-dannu ta’ diversi persuni u kumpanijiet permezz ta’ ċekkijiet falsifikati.

Camilleri tressaq quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo mill-Ispettur Godwin Scerri mixli bi 15-il akkuża fosthom li permezz taċ-ċekkijiet għamel użu ta’ ismijiet folox u nganna b’eluf ta’ ewro fosthom biex akkwista appliances u oġġetti oħra. Huwa baqa’ miżmum taħt arrest fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Huwa ġie mixli wkoll b’serq ta’ flus. Ir-reati li Camilleri allegatament wettaq seħħew kollha dan ix-xahar.Fid-9 ta’ Marzu fejn fid-9 ta’ Marzu għall-ħabta ta’ l-4.00pm u l-5.00pm fi triq San Pawl, San Pawl il-Bahar u fl-inħawi kkommetta serq ta’ €110 fi flus kontanti minn karozza pparkjata.

Huwa ġie mixli wkoll li fl-14 ta’ Marzu, f’xi ħin bejn id-9.00pm u l-10.00pm għamel użu ta’ ismijiet foloz, għamel qligh b’qerq ta’ €200. Ġie mixli wkoll li għada bejn il-5.00pm u s-6.00pm reġa’ ffroda persuna oħra u l-kumpanija tiegħu s-somma ta’ €1000 u li għamel qliegħ b’qerq.

Ġie mixli wkoll li fis-17 ta’ Marzu, f’xi ħin bejn 9.00am u l-10.00am. u 10:00am. ghamel qligħ, u allura frodi, bi ħsara ta’ ħaddiehor gġas-somma ta’€1700 ghad-dannu ta’ persuna u kumpanija oħra u li għaldaqstant għamel qliegħ b’qerq.

Akkuża simili allegatament wettaqha fil-lejl ta’ bejn id-19 u l-20 ta’ Marzu 2021 f’xi ħin bejn is-6.30am. u s-1.30am. għamel qligħ bi ħsara ta’ ħaddiehor ghas-somma ta’ €560 u ta’ kumpanija.

Ġie akkużat ukoll li fix-xahar ta’ Marzu 2021, ffalsifika ċedula, polza jew dokumenti oħra, illi meta jiġu preżentati rċieva bihom ħlas, jew jieħu l-kunsinna ta’ oġġetti, jew jiġbor depożitu jew rahan minn uffiċċju pubbliku, jew minn bank jew stabbiliment.

Ġie mixli wkoll li fl-istess perjodu wettaq falsifikazzjoni f’att awtentiku u pubbliku, jew fi skrittura kummerċjali jew ta’ bank privat, permezz ta’ firem għad-dannu ta’ persuna oħra.

Huwa tressaq ukoll fuq każ li fix-xhur ta’ bejn Jannar u Marzu 2021 sab ktieb taċ-ċekkijiet li jappartjenu lil xi persuna ohra u li naqas li jgħarraf lill-pulziija dwar dan fi żmien tliet ijiem.

Camilleri ġie mixli wkoll li bejn ix-xhur ta’ Jannar u Marzu 2021 f’dawn il-gzejjer naqas milli jhares il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Magistrat Claire Stafrace Zammit fid-digriet datat 2 ta’ Mejju 2017 li bih inghata l-helsien mill-arrest.

Kif ukoll li bejn ix-xhur ta’ Jannar u Marzu 2021 naqas milli jhares il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Magistrat Simone Grech fid-digriet datat 20 ta’ Settembru 2019 li bih inghata l-helsien mill-arrest.

F’April li għadda Camilleri ġie mixli wkoll b’reati ta’ frodi fejn kien akkużat fuq sensiela ta’ 12-il każ ta’ frodi matul l-erba’ xhur ta’ qabel. Dak inhar ukoll huwa wieġeb mhux ħati li ffroda 12-il persuna, l-aktar xufiera tat-taxi u sidien ta’ ħwienet, fuq medda ta’ erba’ xhur.

Fil-Qorti ntqal li Camilleri kellu l-vizzju li jqarraq bil-vittmi tiegħu billi jordna oġġetti jew servizzi, u mbagħad jisparixxi qabel ma jgħaddi l-ħlas. L-Avukat Lennox Vella deher għal Camilleri.