Il-player Maltija li tilgħab fis-Serie A Femminile fl-Italja ma’ Sassuolo Haley Bugeja kompliet tiddomina f’dan il-kampjonat hekk kif fir-rebħa kbira ta’ 5-1 li Sassuolo kisbu fuq Florentina San Gimigano hi skorja r-raba’ gowl fit-83 minuta.
Bugeja li bdiet dan il-konfront fuq il-bank tas-sostituti, daħlet minflok Benedetta Orsi fil-bidu tat-tieni taqsima meta Sassuolo kienu qed jitilfu 1-0. Bugeja għenet lit-tim fir-rimonta li għamel fejn wara li Valeria Pirone għamlet l-iskor indaqs fil-55 minuta, Michela Cambiaghi għamlithom 2-1 fit-63 minuta. Fis-70 minuta, Kamila Dubcove għamlet l-iskor 3-1 biex fit-83 minuta kienet HALEY BUGEJA li permezz ta’ penalty għamlet l-iskor 4-1. Ħames minuti mit-tmiem, Martina Tomaselli għamlet l-iskor 5-1.
Għal Bugeja dan kien it-tmien gowl fit-13-il partita li lagħbet għal Sassuolo u kien u rnexxielha wkoll tiskorja fiż-żewġ partiti kontra Florentina.
Intant l-istess Bugeja ntagħżlet bħala waħda minn għaxar żgħażagħ nisa li għandhom ikunu segwiti matul l-2021 u waħda mill-wonderkids ta’ Goal, tniżżlet ukoll fit-tim tas-sena ta’ taħt l-20 sena magħżul mill-IFFHA li hija istituzzjoni internazzjonali li tiġbor l-istatistika relatata mal-futbol u hi rikonoxxuta anke mill-FIFA saħansitra tagħtiha anke appoġġ biex twettaq il-ħidma tagħha.
Segwi l-gowl ta’ Haley Bugeja fil-link: https://www.facebook.com/1190461184313892/videos/451471572758724
//= $special ?>