Żvolta importanti fil-każ tal-bastiment Ever Given, hekk kif is-sidien Ġappuniżi qed jgħidu li fl-24 siegħa li ġejjin taf tkun konkluża l-ħidma biex jinqala’ minn postu … bil-possibbiltà li jkompli jbaħħar immedjatament.
Il-vapur tal-kontejners ilu mit-Tlieta jimblokka l-Kanal ta’ Suez, b’riżultat li twaqqaf għalkollox il-moviment merkantili fir-rotta mill-Ewropa lejn l-Asja u viċe versa.
Għalkemm kien hemm il-biża’ li dan l-inċident seta’ jikkawża dewmien ta’ ġimgħat fit-trasport merkantili bil-baħar, issa jidher li s-sitwazzjoni taf tkun solvuta fis-sigħat li ġejjin.
NET News jista’ jikkonferma li fost il-vapuri li spiċċaw maqbuda f’din ir-rotta hemm ħames bastimenti li kienu qed ibaħħru lejn Malta.
//= $special ?>