Il-President tal-klabb ta’ Lazio, Claudio Lotito ġie sospiż għal seba’ xhur u l-klabb immultat €150,000 wara li kisru r-regoli tal-COVID-19 mill-Federazzjoni tal-Futbol Taljana (FIGC).
It-tobba tal-klabb Ivo Pulcini u Fabio Rodia kienu sospiżi għal 12-il xahar bil-kabb jirnexxielu jevita tnaqqis fil-punti. Dawn il-multi waslu wara investigazzjoni dawr tesitjiet tal-COVID-19 li saru f’Ottubru u Novembru, bil-klabb Taljan naqas milli javża lill-awtoritajiet tas-saħħa li kellu tmien każijiet pożittiv, lejliet il-partita mill-UEFA Champions League kontra Clubb Brugge.
Il-UEFA timponi li kull klabb qabel il-partiti mill-kompetizzjonijiet Ewropej jagħmlu t-testijiet tal-COVID-19. Il-klabb kien ukoll kritikat li ma waqqadx tliet players milli jitħarrġu mal-bqija tal-iskwadra minkejja li rriżultaw pożittivi fil-jiem ta’ qabel.
//= $special ?>