Mill-anqas 32 persuna tilfu ħajjithom wara li żewġ ferroviji ħabtu madwar 370 kilometru ‘il bogħod mill-kapitali Eġizzjana, il-Kajr.
Jidher li kollox beda meta persuna partikolari attivat il-brejkijiet ta’ emergenza tal-ewwel ferrovija, bit-tieni ferrovija tibqa’ dieħla fin-naħa ta’ wara tal-ewwel waħda, li kienet kompeltament wieqfa. Dan wassal biex żewġ vaguni waqgħu mit-trakka tal-ferroviji.
Fil-post issejħu numru kbir ta’ ambulanzi, hekk kif diversi passiġġieri nqabdu fuq ġewwa tal-vaguni, filwaqt li madwar 108 persuni sofrew xi feriti.
//= $special ?>