Il-lejl li ġej naqilbu għall-ħin tas-sajf billi nressqu l-arloġġi siegħa ‘l quddiem – mis-2.00am ta’ filgħodu mmexxu l-arloġġ għat-3.00am.
Dan ifisser li matul dan il-lejl se norqdu siegħa anqas. Madankollu, dan itina siegħa aktar ta’ dawl ghax-xhur li ġejjin, bl-arloġġ jiddawwar siegħa lura għall-ħin tax-xitwa fl-aħħar tmiem il-ġimgħa ta’ Ottubru li gej.
Fl-aħħar snin kien hemm dibattitu sħiħ fuq skala Ewropeja dwar jekk dan it-tidwir tas-siegħa darbtejn fis-sena għandniex nibqgħu nagħmluh.
Filfatt, ftit ilu kien intlaħaq qbil kważi unanimu fost l-Istati membri li jinżamm b’mod permanenti l-ħin tas-sajf tul is-sena kollha.
Madankollu, il-pandemija ħarbtet anke dan il-proċess u issa dan id-dibattitu jinsab pospost indefinittivament.
F’pajjizna sa issa dan it-tibdil għadu ma ġiex diskuss fil-Parlament.
//= $special ?>