Internazzjonali

Myanmar: Jinqatlu 50 dimostrant mill-forzi tas-sigurtà

Mill-anqas 50 persuna tilfu ħajjithom fi Myanmar wara li l-forzi tas-sigurtà fetħu n-nar fuq id-dimostranti fit-toroq.

Mexxej tal-protesti qal li jekk se jibqgħu jinqatlu d-dimostranti, il-gruppi etniċi se jkunu qed jiftħu n-nar fuq il-forzi tas-sigurtà.

Il-protesti bdew wara li l-Gvern iċċelebra Jum il-Forzi Armati fl-istess jum li d-dimostranti jiċċelebraw Jum ir-Reżistenza, b’tifkira għall-bidu tar-rewwixta kontra l-okkupanza Ġappuniża fit-Tieni Gwerra Dinjija.