Is-Sibt 20 ta’ Marzu, 2021 kien jum ieħor xokkanti għal pajjiżna hekk kif bosta kienu dawk li għal sigħat sħaħ segwew dak li kien qed jiġri b’rabta mal-arresti ta’ numru ta’ persuni li tressqu l-Qorti tard filgħaxija.
Fost dawk arrestati kien hemm Brian Tonna u Karl Cini ta’ Nexia BT, u Keith Schembri, l-eks Chief of Staff f’Kastilja.
Minn dakinhar, mill-Qrati ħarġu ħafna dettalji, uħud ġodda., oħrajn li konna diġà smajnihom.
Reġa, ssemma s-suppost loan li Keith Schembri ta lil Brian Tonna – għalkemm issa nafu li minkejja li Tonna kien iżomm kont ta’ kollox, anke ta’ affarijiet żgħar, dettalji dwar dan il-loan mingħand Keith Schembri ma kien żamm xejn.
Dwar l-iskandlu li jinvolvi lill-eks Chief of Staff ma’ Adrian Hillman, żvelati dettalji xokkanti; manuvri ta’ ħasil ta’ flus, tixħim, konsulenzi qarrieqa, korruzzjoni u falsifikazzjoni – b’allegazzjoni serja li seħħet operazzjoni professjonali ta’ ħasil ta’ flus.
Kollox qed jindika li kien hemm profitt ta’ kważi 6 miljun dollaru Amerikan illi tqassmu bejn Keith Schembri u terzi persuni, b’rabta mad-deal tal-magni tat-Times.
Żvelati wkoll dettajli dwar email li ħarġet mill-kumpanija Kasco mibgħuta lil Brian Tonna, li kienet tgħid li Keith Schembri kellu jibqa jitħallas paga mill-kumpanija billi jinħarġu ċekkijiet f’isem missier Keith, Alfio Schembri biex dan imbgħad jgħaddihom lill-ibnu stess.
Fatt xokkanti wara ieħor li jkompli jixkef il-kobor tar-reati kriminali li Schembri allegatament kien involut fihom.
Din il-ġimgħa wkoll ġie żvelat li minbarra t-tieni talba għal maħfra ta’ Vince Muscat il-Koħħu biex jikxef isem Ministru preżenti involut f’reati kriminali . Fatt li hu xehed dwaru taħt ġurament fil-Qorti, issa l-Kabinett għandu fuq ħoġru żewġ talbiet oħra. Dawk tal-aħwa Degiorgio li ddikkjaraw fost l-oħrajn li lesti jikxfu l-ismijiet ta’ eks Ministru u Ministru preżenti li dwarhom għamlu allegazzjonijiet serji ferm.
Net News kellu l-opportunita jistaqsi lill-Ministru Silvio Schembri, jekk iħossx li għandu jagħmel aġoloġija ta’ kemm il darba ddefenda lill-eks Chief of Staff kif ukoll je kk iħossux komdu bl-allegazzjonijiet li wieħed minn sħabu fil–Kabinett kien involut f’reat kriminali.
Dwar il-ħafna drabi li ħareġ għonqu għal Keith Schembri, il-Ministru ma wieġeb xejn – wisq anqas skuża ruħu – u dwar l-allegazzjonijiet dwar Ministru involtu f’reati, hu qal li ma jistax ikun li kulħadd ‘jitfa’ t-tajn’ imbagħad ma jgħidx għal min qed jirreferi.
“ĠALADARBA DIN IL-PERSUNA ĦA TOQGĦOD IDDUR MAL-LEWŻA U TOQGĦOD TGĦID X’TISMA’ U MA TISMAX… JEKK GĦANDEK IL-FATTI OĦROĠHOM INKELLA OQGĦOD KWIET”
Sal-lum, il-Prim Ministru Robert Abela għadu ma ħax passi dwar dan kollu, u jidher li sa issa il-kabinett għadu ma ddiskuthiex it-talbiet il-ġodda għal maħfriet .
Fl-istess ħin, Keith Schembri ghadu mizmum arrestat il-habs ta’ Kordin, u deċiżjoni dwar talba gal liberta’ proviżorja mistennija tittieħed it-Tnejn.
//= $special ?>