Lokali

Raġel minn Ħal Qormi l-isptar wara inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 38 sena residenti Ħal Qormi jinsab rikoverat l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Birżebbuġa,
Birżebbuġa aktar kmieni llum.

Il-Pulizija ssejħet fil-post ftit wara l-5.00pm u mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Fiat Punto, misjuqa minn
raġel ta’ 82 sena residenti Ta’ Xbiex, u mutur Yamaha GDP125, misjuq mill-vittma.

Aktar tard, ir-raġel ta’ 38 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.