Huma 93 il-każi ġodda rreġistrati fl-aħħar 24 siegħa sabiex b’hekk il-każi totali rreġistrati minn meta bdiet il-firxa tal-pandemija f’pajjiżna qed jammontaw għal 28,808.
Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn il-Ġimgħa u s-Sibt tilfu ħajjithom kawża tal-Covid-19 3 persuni; raġel ta’ 46 sena u mara ta’ 71 sena li kienu rikoverati fl-Isptar Mater Dei kif ukoll raġel ta’ 77 sena li kien rikoverat fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Għaldaqstant l-ammont totali ta’ fatalitajiet li ġew irreġistrati f’pajjiżna ammontaw għal 385– 21fatalità fl-aħħar tmint ijiem.
Intant fl-aħħar 24 siegħa skont il-Ministeru tas-Saħħa ġew irreġistrati bħala mfejqa 283 bit-total ikun dak ta’ 26,763.
B’hekk il-każi attivi issa jammontaw għal 1,660.
Sal-Ġimgħa, it-total ta’ persuni li ħadu t-tieni doża ammontaw għal 50,050.