Wara li twettaq att ta’ vandaliżmu fuq it-Torri l-Aħmar fil-Mellieħa, saret tiswija minnufih grazzi għal intervent fil-pront tad-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar.
Dan wara li ħajt li kien jinsab f’taraġ li jagħti lejn it-Torri, li preżentament jinsab jitmexxa minn Din l-Art Ħelwa, spiċċa vvandalizzat wara li twettaq restawr estensiv fuqu.
Madanakollu, grazzi għall-intervent tad-Deputat Robert Cutajar, huwa sostna li ta s-sehem tiegħu sabiex il-ħsara titranġa mill-aktar fis. Għaldaqstant kellem tliet bennejja sabiex marru immedjatament fil-post u bnew l-istess ħajt mill-ġdid.
Intant huwa appella lill-poplu Malti u Għawdxi sabiex nieħdu ħsieb il-patrimonju ta’ pajjiżna sabiex ikomplu jitgawdex mill-ġenerazzjonijiet futuri.