Max Verstappen ta’ Red Bull se jkun qed jibda fuq quddiem fl-ewwel Grand Prix tal-istaġun li se jkun qed isir fil-Bahrain hekk għeleb l-isfida tac-champion renjanti Lewis Hamilton li temm fit-tieni post. Fit-tielet post temm is-sewwieq l-ieħor ta’ Mercedes Valtteri Bottas u kien segwit mis-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc.
Il-Franciz Pierre Gasly temm fil-ħames post filwaqt li l-Awstraljan Daniel Ricciardo temm fis-sitt post. Lando Norris ta’ Mc Laren se jkun qed jibda mis-seba’ post filwaqt li s-sewwieq l-ieħor ta’ Ferrari Carlos Sainz se jkun qed jibda mit-tmien post. Fernando Alonso ta’ Alpine F1 se jkun qed jibda mid-disa’ post filwaqt li Lance Stroll ta’ Aston Martin se jkun qed jibda mill-għaxar post. It-tellieqa tal-Ħadd tibda fil-5.00pm ta’ waranofsinhar ħin ta’ Malta.
FORMULA 1
Kif se jibdew: 1. M. Verstappen, 2. L. Hamilton, 3. V. Bottas, 4. C. Leclerc, 5. P. Gasly, 6. D. Ricciardo, 7. L. Norris, 8. C. Sainz, 9. F. Alonso, 10. L. Stroll, 11. S. Perez, 12. A. Giovinazzi, 13. Y. Tsunoda, 14. K. Raikkonen, 15. G. Russell, 16. E. Ocon, 17. N. Latifi, 18. S. Vettel, 19. M. Schumacher, 20. N. Mazepin
//= $special ?>