Coronavirus Lokali Saħħa

67 każ ġdid ta’ Covid-19 – il-vittmi jitilgħu għal 387

Accept Analitiċi cookies to view the content.

Żewġ t’irġiel ta’ 74 u 71 sena tilfu ħajjithom kaġun tal-Covid-19 waqt li kienu jinsabu rikoverati f’Mater Dei, biex issa t-total ta’ vittmi tela’ għal 387.

Bejn is-Sibt u l-Ħadd instabu 67 każ ġdid biex issa l-każijiet niżlu għal 1,402.

Aħbar pożittiva hi li fl-aħħar sigħat il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li 323 irkupraw mill-virus. Sa issa f’pajjiżna kellna 28,875 każ tal-Coronavirus.

Fl-aħħar sigħat 2,356 għamlu swab test, filwaqt li sa issa 176,612 ħadu doża tal-vaċċin, b’50,050 jingħataw it-tieni doża tat-tilqima.